Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Awwissu 2018 – AS vs Deutsches Patent- und Markenamt

(Kawża C-541/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AS

Konvenut: Deutsches Patent- und Markenamt

Domanda preliminari

Sinjal ikollu karattru distintiv meta jkun hemm possibbiltajiet sinjifikattivi fil-prattika u plawżibbli li dan jintuża sabiex jindika l-oriġini kummerċjali tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati, anki jekk dan ma jkunx l-iktar użu probabbli tas-sinjal 1 ?

____________

1 Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) (ĠU 2008, L 299, p. 25).