Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank van eerste aanleg Antwerpen (il-Belġju) fit-22 ta’ Awwissu 2019 – Service public fédéral Finances, Ministère public vs Metalen Galler NV, Vollers Belgium NV, LW-Idee GmbH

(Kawża C-633/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Service public fédéral Finances, Ministère public

Konvenuti: Metalen Galler NV, Vollers Belgium NV, LW-Idee GmbH

Domandi preliminari

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 1 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huwa invalidu minħabba ksur tal-Artikolu 6(6) u (7) u tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 2 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea jew tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 384/96 3 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea peress li l-Kummissjoni ma tatx lill-produtturi/esportaturi Ċiniżi, fi żmien utli, il-possibbiltà li jiksbu għarfien tal-informazzjoni dwar it-tipi ta’ prodott li fuq il-bażi tagħhom ġie stabbilit il-valur normali jew peress li l-Kummissjoni, fil-kuntest tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping tal-prodotti kkonċernati, fil-paragun tal-valur normali tal-prodotti ta’ produttur Indjan mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni ta’ prodotti Ċiniżi simili, irrifjutat li tieħu inkunsiderazzjoni aġġustamenti relatati mad-dazji fuq l-importazzjoni u taxxi indiretti fil-pajjiż ta’ referenza, l-Indja, u tad-differenzi (fl-ispejjeż) ta’ produzzjoni?

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huwa invalidu minħabba ksur tal-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea jew tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea peress li, fid-determinazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni qieset bħala importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping importazzjonijiet ta’ żewġ impriżi Ċiniżi li fir-rigward tagħhom kien ġie stabbilit li ma kinux involuti f’dumping?

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huwa invalidu minħabba ksur tal-Artikolu 3(2), (6) u (7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea jew tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea peress li, fl-evalwazzjoni tal-kwistjoni dwar jekk esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni Ewropea kkontribwewx għad-dannu mġarrab minn din l-industrija, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq informazzjoni dwar produtturi li ma kinux produtturi tal-Unjoni?

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huwa invalidu minħabba ksur tal-Artikolu 19(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea jew tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea peress li l-Kummissjoni naqset milli tiżgura li ż-żewġ produtturi tal-Unjoni (Taljani) jipprovdu informazzjoni adegwata dwar ir-raġunijiet għalfejn ma kienx possibbli li tiġi pprovduta sinteżi ta’ informazzjoni kunfidenzjali?

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jikser l-Artikolu 6(6), l-Artikolu 6(7) u l-Artikolu 2(10) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea minħabba d-dewmien tal-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-prodott, b’tali mod li kkawżat dannu għall-interessi tal-produtturi/esportaturi Ċiniżi?

L-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (kif emendat) jipprevedi li d-dazju antidumping individwali ta’ 64.4 % previst għall-impriża Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd, Ningbo City huwa suġġett għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, ta’ fattura kummerċjali valida, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, u li d-dazju antidumping applikabbli għall-impriżi l-oħra kollha japplika fin-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ tali fattura. Id-dazju antidumping individwali jkun jista’ jiġi applikat lid-dikjarant f’bona fide fil-kuntest ta’ talba addizzjonali ta’ dazju antidumping wara investigazzjoni tal-Olaf, meta l-Olaf ikun ikkonstata li l-qfieli inkwistjoni ma joriġinawx mill-Indoneżja kif iddikjarat iżda fil-fatt ġew immanifatturati fiċ-Ċina mill-impriża Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd, meta ma tkun tista’ tiġi ppreżentata l-ebda fattura bl-indikazzjoni tad-dettalji meħtieġa għad-dazju antidumping individwali minħabba li l-esportaturi kellhom speċifikatament l-intenzjoni li jqarrqu bl-awtoritajiet tal-Istati Membri?

____________

1     ĠU 2009, L 29, p. 1.

2     ĠU 2009, L 343, p. 51, rettifika fil-ĠU 2016, L. 44, p. 20.

3     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45.