Rikors ippreżentat fis-16 ta' Marzu 2009 - Wagner-Leclercq vs Il-Kunsill
(Kawża F-24/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Inge Wagner-Leclercq (Edegem, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra ppubblikata permezz tal-Komunikazzjoni lill-Persunal (KP) Nru 75/08 tal-24 ta' April 2008, li tistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali tal-grupp AST (fluss tal-karriera I-11) proposti għal promozzjoni fil-proċedura għall-promozzjoni 2008.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra ppubblikata permezz tal-Komunikazzjoni lill-Persunal (KP) Nru 75/08 tal-24 ta' April 2008, li tistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali tal-grupp AST (fluss tal-karriera I-11) proposti għal promozzjoni fil-proċedura għall-promozzjoni 2008;
tannulla, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad ir-rikors tar-rikorrent;
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
____________