Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-2 ta' Lulju 2007 - Sanchez Ferriz vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-117/05)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Nuqqas ta' tqegħid fuq il-lista ta' l-uffiċjali promossi - Proċedura ta' promozzjoni 2004 - Punti ta' prijorità - Mertu - Anzjanità - Ammissibbiltà )

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Carlos Sanchez Ferriz (Brussell, il-Belgju) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Kraemer, aġenti)

Suġġett

L-annullament tal-lista ta' l-uffiċjali promossi abbażi tal-proċedura 2004, safejn l-isem tar-rikorrent ma jidhirx fuq l-imsemmija lista, kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni li tattribwixxi punti ta' prijorità lir-rikorrent abbażi ta' l-istess proċedura.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud parzjalment bħala manifestament inammissibbli u parżjalment bħala manifestament infondat.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 36, 11.2.2006, p. 35.