Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta' Ottubru 2010 - Wendler vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-49/09) 1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjoni ta' rtirar - Ħlas tal-pensjoni - Obbligu li jinfetaħ kont bankarju fil-pajjiż ta' residenza - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Eċċezzjoni ta' ordni pubbliku - Prinċipju ta' ugwaljanza)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eberhard Wendler (Laveno Mombello, l-Italja) (rappreżentant: M. Müller-Trawinski, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u B. Eggers, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett

L-annullament tat-talba tal-Kummissjoni li r-rikorrent jindika kont bankarju fil-pajjiż ta' residenza tiegħu, għall-finijiet tal-ħlas tal-pensjoni.

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikors ta' E. Wendler huwa miċħud.

E. Wendler għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 167, 18.07.2009, p. 27.