Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta' Settembru 2011 - Hecq vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-12/11) 1

(Servizz Pubbliku - Mard ikkaġunat mix-xogħol - Invalidità - Talba għal bidu mill-ġdid tal-attività professjonali - Talba għad-danni)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Hecq (Chaumont-Gistoux, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Rikors għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiġi miċħuda t-talba tar-rikorrent sabiex jerġa' jibda l-attivitajiet professjonali tiegħu u jingħata l-ħlas kollu tal-paga tiegħu ta' uffiċjal, ikkalkolata mill-1 ta' Awwissu 2003, kif ukoll tad danni u tal-interessi, kollox flimkien ma' interessi moratorji kkalkolati bir-rata ta' 7 % fis-sena mill-1 ta' Awwissu 2003.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħla manifestament inammissibbli.

Hecq għandu jbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 113, 09.04.2011, p. 22.