Language of document :

Rikors imressaq fil-11 ta' Lulju 2007 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-133/06)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja ) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara l-ineżistenza ex lege jew, sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba tal-31 ta' Awwissu 2005 li biha r-rikorrent talab lill-Awtorità tal-Ħatra (AĦ) sabiex jirkupra l-pussess tal-beni tiegħu, li kienu jinsabu fil-post ta' servizz li kien ingħatalu f'dak iż-żmien fl-Angola u li l-Kummissjoni kienet preċedentement ħadet pussess tagħhom sine titulo;

tiddikjara l-ineżistenza ex lege jew, sussidjarjament, tannulla, safejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni ta' l-AĦ ta' l-20 ta' Lulju 2006, li biha ġiet miċħuda t-talba tar-rikorrent fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-konvenuta sabiex ir-rikorrent jirkupura mill-ġdid fil-pussess il-beni tiegħu;

tordna lill-konvenuta sabiex tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 1 000 000, jew kull somma oħra li l-Qorti tal-Prim'Istanza tqis li hija ġusta u ekwa, bħala kumpens għad-dannu li r-rikorrent ssubixxa minħabba d-deċiżjoni kkontestata, mid-data tat-talba tal-31 ta' Awwissu 2005 jew, sussidjarjament, mid-data li fiha ngħatat id-deċiżjoni kkontestata, sa llum;

tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent, għal kull ġurnata bejn illum u dik li fiha kull deċiżjoni inerenti mat-talba milqugħa, in toto u mingħajr eċċezzjoni tal-31 ta' Awwissu 2005 titwettaq mill-konvenuta, is-somma ta' EUR 300, jiġifieri s-somma li l-Qorti tal-Prim'Istanza tiddeċiedi li hija ġusta u ekwa, li għandha titħallas mill-ewwel ġuranta ta' kull xahar fir-rigward tad-drittijiet tiegħu fix-xahar ta' qabel, bħala kumpens għad-dannu submit mid-deċiżjoni kkontestata u l-mgħoddija taż-żmien immedjatament kif imsemmi iktar 'il fuq.

tordna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent iżid, in sostenn ta' l-argumenti tiegħu, it-tliet motivi segwenti ta' rikors:

1) nuqqas assolut ta' motivazzjoni, anki minħabba nuqqas ta' loġika, inkoerenza, konfużjoni u natura ta' pretest tar-raġunijiet mogħtija mill-konvenuta;

2) ksur tal-liġi ta' natura gravi evidenti u manifesta;

3) ksur ta' l-obbligu ta' premura u dak ta' amministrazzjoni tajba.

____________