Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Jannar 2010 - AB vs Il-Kumissjoni tal-Unjoni Ewropea

(Kawża F-3/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AB (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tad-Delegazzjoni tal-KE f'Loas, tal-4 ta' Frar 2009, li biha r-rikorrent ġiet informat li l-kuntratt ta' impjieg tiegħu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt ma kienx ser jiġġedded u tad-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta' reklutaġġ li tirrispondi għall-ilment.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati, sabiex ir-rikorrent jiġi integrat mill-ġdid fid-DĠ "Relazzjonijiet Esterni" jew fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, li ser jiġi stabbilit b'effett mill-1 ta' April 2010;

tikkundanna lill-konventua għall-ispejjeż.

____________