Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fid-19 ta’ April 2013 – František Ryneš vs Úřad pro ochranu osobních údajů

(Kawża C-212/13)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: František Ryneš

Konvenut: Úřad pro ochranu osobních údajů

Domanda preliminari

L-użu ta’ sistema ta’ kameras installata fuq dar privata għall-protezzjoni tal-beni, tas-saħħa u tal-ħajja tal-proprjetarji tad-dar jista’ jaqa taħt l-ipproċessar ta’ data personali “minn persuna naturali meta fil-kors ta’ attività purament personali jew domestikaˮ fis-sens tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46/KE 1 , anki jekk tali sistema tissorvelja wkoll żona pubblika?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355