Language of document : ECLI:EU:C:2012:827





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni vs L-Irlanda

(Kawża C‑374/11)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 75/442/KEE — Ilmijiet domestiċi użati evakwati permezz ta’ tankijiet settiċi fil-kampanja — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Artikolu 260(2) TFUE — Miżuri intiżi għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Somma f’daqqa”

1.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Terminu ta’ eżekuzzjoni — Data ta’ riferiment għall-evalwazzjoni tal-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Artikolu 260(1) TFUE) (ara l-punti 19-23)

2.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Kundanna għall-ħlas — Kundizzjoni — Nuqqas li jibqa’ jeżisti sal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja (Artikolu 260(2) TFUE) (ara l-punti 33-35)

3.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Determinazzjoni tal-ammont — Kriterji (Artikolu 260(2) TFUE) (ara l-punti 36-38)

4.                     Stati Membri — Obbligi — Implementazzjoni ta’ direttivi — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern — Inammissibbiltà (Artikolu 260(2) TFUE; Direttiva tal-Kunsill 75/442, kif emendata bid-Direttiva 91/156) (ara l-punt 39)

5.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Determinazzjoni tal-ammont — Kriterji — Kapaċità ta’ ħlas — Teħid inkunsiderazzjoni tal-kuntest ta’ kriżi ekonomika (Artikolu 260(2) TFUE) (ara l-punti 43, 44)

6.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Somma f’daqqa — Kumulu ta’ żewġ sanzjonijiet — Ammissibbiltà (Artikolu 260(2) TFUE) (ara l-punt 46)

7.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa — Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 260(2) TFUE) (ara l-punti 47-49)

8.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Somma f’daqqa — Determinazzjoni tal-ammont — Kriterji (Artikolu 260(2) TFUE) (ara l-punti 50-53)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Ottubru 2009, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (C‑188/08), dwar il-ksur tal-Artikoli 4, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13 u 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 23), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta’ Marzu 1991 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 3) f’dak li jirrigwarda l-ilmijiet domestiċi mormija eliminati minn tankijiet settiċi — Skart mhux kopert minn leġiżlazzjoni oħra — Talba sabiex jiġu imposti pagamenti ta’ penalità u somma f’daqqa.

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax il-miżuri neċessarji kollha għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tad-29 ta’ Ottubru 2009, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (C‑188/08) li tikkonstata n-nuqqas tal-Irlanda li twettaq l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 4 u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta’ Marzu 1991, dan l-Istat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.

2)

L-Irlanda hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 12 000 għal kull jum ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza Il-Kummissjoni vs L‑Irlanda, iċċitata iktar ’il fuq, li tibda tiddekorri mid-data tal-qari ta’ din is-sentenza sad-data tal-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda, iċċitata iktar ’il fuq.

3)

L-Irlanda hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, is-somma f’daqqa ta’ EUR 2 000 000.

4)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.