Rikors ippreżentat fil-25 ta' Frar 2008 - Tomas vs Il-Parlament
(Kawża F-31/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Litwan
Partijiet
Rikorrent: Stanislovas Tomas (Pavlodar, Kazakhstan) (rappreżentant: M. Michalauskas, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent jitkeċċa u l-kumpens għad-danni morali u materjali subiti.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent jitkeċċa;
tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 125 000 bħala kumpens għad-danni morali u materjali subiti mir-rikorrent;
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.
____________