Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-30/14)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: V. Wellens, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni dixxiplinari ta’ tniżżil fil-grad.
Talbiet tar-rikorrent
jannulla d-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrent tniżżil fil-grad minħabba li naqas milli jiddikjara lill-Kummissjoni li, minbarra l-allowance tal-familja għal ulied dipendenti skont l-Artikolu 67(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, kien jirċievi allowance nazzjonali tal-istess natura.tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.