Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-3 ta' Marzu 2009 - Patsarika vs Cedefop

(Kawża F-63/07)1

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Assenjazzjoni mill-ġdid - Drittijiet tad-difiża - Tkeċċija fit-tmiem tal-perijodu ta' prova - Proċedura fil-kontumaċja)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Maria Patsarika (Thessalonika, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u N. Keramidas, avukati)

Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (rappreżentanti: M. Fuchs, aġent, assistit minn P. Anestis, avukat)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tas-Cedefop tal-20 ta' Settembru 2006 li twaqqaf il-kuntratt għal żmien fiss tar-rikorrenti wara l-perijodu ta' prova tagħha u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

M. Patsarika għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali għandu jbati kwart mill-ispejjeż tiegħu u kwart mill-ispejjeż ta' M. Patsarik.

____________

1 - ĠU C 283, 24.11.2007, p. 3.