Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-5 ta’ Novembru 2013 – De Nicola vs BEI

(Kawża F-63/12) 1

(Servizz pubbliku – Eżekuzzjoni ta’ sentenza – Spejjeż – Rimbors tal-ispejjeż – Rimbors tas-somma mħallsa fir-rigward tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru wara sentenza li tannulla parzjalment is-sentenza li permezz tagħha ir-rikorrent kien ġie kkundannat għal dawn l-ispejjeż)

Lingwa tal-kawża:it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: G. Nuvoli u F. Martin, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittri li permezz tagħhom il-konvenut jirrifjuta li jirrimborsa, wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-37/10 P, De Nicola vs BEI, li tannulla parzjalment is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-55/08, De Nicola vs BEI, is-EUR 6 000 li r-rikorrent ħallas lill-konvenut bħala spejjeż li jistgħu jinġabru wara s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku F-55/08 DEP.

Dispożittiv

Id-deċiżjonijiet tal-4 u tal-25 ta’ Mejju 2012 tal-Bank Ewropew tal-Investiment huma annullati.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment huwa kkundannat iħallas lil C. De Nicola s-somma ta’ EUR 6 000, flimkien mal-interessi kumpensatorji dekorribbli mid-29 ta’ April 2012. Ir-rata tal-interessi kumpensatorji għandha tiġi kkalkolata abbażi tar-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda b’żewġ punti.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn C. De Nicola.

____________

1 ĠU C 311, 13.10.2012, p. 16.