Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) fid-9 ta’ Awwissu 2019 – Gmina Wrocław vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

(Kawża C-604/19)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gmina Wrocław

Konvenut: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

Domandi preliminari

Il-konverżjoni ta’ użufrutt perpetwu fuq beni immobbli għal dritt ta’ proprjetà li seħħet, bħal f’dan il-każ, abbażi tal-liġi tikkostitwixxi kunsinna ta’ oġġetti, fis-sens tal-Artikolu 14(2)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 , suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, il-konverżjoni ta’ użufrutt perpetwu fuq beni immobbli għal dritt ta’ proprjetà li seħħet abbażi tal-liġi tikkostitwixxi kunsinna ta’ oġġetti, fis-sens tal-Artikolu 14(1) moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2006/112, suġġetta għall-VAT?

Meta jitħallas tariffi abbażi tal-konverżjoni ta’ użufrutt perpetwu fuq beni immobbli għal dritt ta’ proprjetà, bħal f’dan il-każ, Gmina (komun) ikun qiegħed jaġixxi bħala persuna taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 9(1) moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2006/112 jew bħala awtorità pubblika fis-sens tal-Artikolu 13 tal-istess direttiva?

____________

1     ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.