Language of document :

Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2020 minn International Management Group (IMG) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-645/19, IMG vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-619/20 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: International Management Group (IMG) (rappreżentanti: L. Levi, J.-Y. de Cara, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-645/19;

konsegwentement, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq it-talba għal annullament u t-talba għad-danni;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti ssostni li, fid-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi qieset li l-ittra tat-18 ta’ Lulju 2019 ma hijiex att li jista’ jiġi kkontestat.

____________