Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2016 – Poniskaitis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-152/12) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali – Proposti ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Att li ma jikkawżax preġudizzju – Inammissibbiltà tar-rikors – Talba għal deċiżjoni mingħajr ma t-Tribunal jidħol fil-mertu tal-kawża – Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jonas Poniskaitis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn D. de Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement minn D. de Abreu Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, sussegwentement minn J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, fl-aħħar nett minn J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn D. Martin u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement minn J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement minn G. Gattinara, aġent, fl-aħħar nett minn G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni għall-kalkolu ta’ akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz abbażi tad-DĠI ġodda.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Jonas Poniskaitis għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 71, 9.3.2013., p. 30.