Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Novembru 2018 – WN vs Land Niedersachsen

(Kawża C-710/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WN

Konvenut: Land Niedersachsen

Domanda preliminari

L-Artikolu 45(2) TFUE u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni bħal dik li tinsab fl-Artikolu 16(2) tal-ftehim kollettiv applikabbli għas-settur pubbliku tal-Länder (“TV-L”), li, fil-kuntest tal-klassifikazzjoni fi skala ta’ sistema konvenzjonali ta’ remunerazzjoni, tipprijoritizza, wara r-reklutaġġ mill-ġdid, l-esperjenza professjonali rilevanti miksuba mingħand l-ex persuna li timpjega, billi tirrikonoxxi bis-sħiħ din l-esperjenza professjonali, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 16(2) TV-L, filwaqt li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali miksuba mingħand persuni oħrajn li jimpjegaw ma tistax taqbeż tliet snin bis-saħħa tat-tielet sentenza tal-Artikolu 16(2) TV-L, peress li dan it-trattament privileġġjat huwa preskritt fid-dritt tal-Unjoni permezz tal-punt 4 tal-klawżola 4 tal-ftehim qafas dwar il-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, li jidher fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP?

____________

1 ĠU 2011, L 141, p. 1.