Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2018 – EDF vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-747/15) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi lil EDF – Riklassifikazzjoni f’kapital tar-riżervi kontabbli b’eżenzjoni mi-taxxa għat-tiġdid tan-Netwerk ta’ Provvista Ġenerali – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Awtorità ta’ res judicata – Kriterju tal-investitur privat”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Électricité de France (EDF) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Debroux, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u D. Recchia, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn G. de Bergues u D. Colas u J. Bousin, sussegwentement minn D. Colas u J. Bousin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263TFUE u għall-anullament tal-Artikoli 1 sa 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Lulju 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.13869 (C 68/2002) (ex NN 80/2002) – Riklassifikazzjoni f’kapital tar-riżervi kontabbli b’eżenzjoni mit-taxxa għat-tiġdid tan-Netwerk ta’ Provvista Ġenerali (‘NPĠ’), implimentata minn Franza favur EDF (ĠU 2016, L 34, p. 152).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Electricité de France (EDF) hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta’ dawk sostnuti minn din tal-aħħar minħabba l-intervent tar-Repubblika Franċiża.

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni minħabba l-intervent tagħha.

____________

1     ĠU C 78, 29.2.2016.