Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Settembru 2011 - ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-94/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: H. Mannes, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li tiftaħ mill-ġdid il-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/26/05 u li tistieden lir-rikorrent għal eżami orali ġdid u annullament tad-deċiżjoni li eskludiet lir-rikorrent mill-kompetizzjoni minħabba li naqas milli jidher għall-eżami.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet tal-konvenuta tal-11 ta' Frar u tat-12 ta' Awwissu 2011;

tiddikjara illegali l-konvokazzjoni tal-14 ta' Jannar 2011 għall-eżami orali;

tikkonstata li eżami individwali ġdid tar-rikorrent ma huwiex xieraq sabiex tirregolarizza l-vizzji proċedurali sostanzjali rrilevati f'sentenza preċedenti;

tikkonstata li l-konvenuta tista' tinkludi lir-rikorrent fil-lista ta' riżerva mingħajr ma huwa neċessarju li jsir eżami ġdid;

tikkonstata li l-konvenuta għandha tikkumpensa b'mod xieraq il-preġudizzju sostnut mir-rikorrent minħabba t-terminu li skada u tevita kull diskriminazzjoni tar-rikorrent meta mqabbel ma' dawk li għaddew;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż;

b'mod kawtelatorju, tagħti sentenza fil-kontumaċja.

____________