Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla)

tat-13 ta’ Ġunju 2012 – Mocová vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-41/11) 1

“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat – Setgħa diskrezzjonali – Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Artikolu 4 tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF, tat-30 ta’ Ġunju 2005, dwar il-politika l-ġdida fil-qasam ta’ reklutaġġ u ta’ impjieg tal-persunal temporanju tal-OLAF – Tul massimu tal-kuntratti ta’ membru tal-persunal temporanju”

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Dana Mocová (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għall-estensjoni tal-kuntratt tagħha bħala membru tal-persunal temporanju fis-sens tal-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 282, 24.09.11, p. 51.