Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2013 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-8/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konfermazzjoni tar-rikorrent fil-funzjonijiet tiegħu ta’ kap ta’ unità u tat-trasferiment tiegħu lejn id-Direttorat Ġenerali għall-politiki interni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konfermazzjoni tar-rikorrent fil-funzjonijiet tiegħu ta’ kap ta’ unità u tat-trasferiment bl-impjieg tiegħu lejn id-Direttorat Ġenerali għall-politiki interni tat-23 ta’ Marzu 2012;sa fejn ikun neċessarju, jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Bureau tal-Parlament Ewropew, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tat-22 ta’ Ġunju 2012;jordna l-ħlas ta’ kumpens għad-danni finanzjarji u morali subiti mir-rikorrent b’riżultat ta’ dawk id-deċiżjonijiet;tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.