Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo nº 17 de Barcelona (Spanja) fl-14 ta’ Ottubru 2019 – UD vs Subdelegación del Gobierno en Barcelona

(Kawża C-746/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso-Administrativo nº 17 de de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UD

Konvenuta: Subdelegación del Gobierno en Barcelona

Domandi preliminari

L-Istat Spanjol ittraspona b’mod korrett id-Direttiva 2008/115 1 fid-dritt nazzjonali tiegħu (il-Liġi Organika 4/2000 kif emendata permezz tal-Liġi Organika 2/2009), sa fejn żamm il-multa bħala soluzzjoni prinċipali għar-residenza irregolari [ta’ barrani] u billi rriżerva t-tneħħija biss għal każijiet aggravati?

Skont il-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi, l-Istat Spanjol jista’ jeżiġi l-applikazzjoni diretta tad-Direttiva 2008/115, anki jekk dan imur kontra d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tiegħu u jekk dan jaggrava s-sitwazzjoni tal-barrani?

L-Artikoli 55(1) u 57(1) tal-Liġi Organika 4/2000 jippermettu interpretazzjoni konformi mad-Direttiva 2008/115 sakemm dispożizzjoni li tipprevedi li l-multa hija s-sanzjoni prinċipali fil-każ ta’ residenza irregolari tibqa’ fis-seħħ fid-dritt Spanjol, jew, għall-kuntrarju, tali interpretazzjoni konformi twassal għal interpretazzjoni contra legem ta’ dan id-dritt nazzjonali?

Il-qorti nazzjonali għandha tkompli tapplika l-multa bħala sanzjoni prinċipali u t-tneħħija f’każijiet aggravati jew, bil-kontra, hija għandha b’mod inevitabbli tapplika s-sanzjoni ta’ tneħħija fil-każijiet kollha, bl-eċċezzjoni ta’ dawk esklużi b’mod espliċitu mid-Direttiva 2008/115?

____________

1     Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU 2008, L 348, p. 98).