Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Ottubru 2010 - Schätzel vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-109/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Michael Wolfgang Schätzel (Ransbach-Baumbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Oehmen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-ħlas ta' allowance tat-tluq lir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku:

jannulla d-deċiżjoni ta' ċaħda tal-Kummissjoni Ewropea, tat-8 ta' April 2010, kif ukoll id-deċiżjoni ta' ċaħda ta' lment, tat-30 ta' Lulju 2010, li tiċħad l-ilment Nru R/351/10, u tordna lill-Kummissjoni tħallsu allowance tat-tluq għas-servizz tiegħu bejn l-1 ta' Marzu 2009 u t-28 ta' Frar 2010, li tikkorrispondi għall-ekwivalenti attwarjali tad-drittijiet tal-pensjoni tiegħu kweżiti matul is-servizz tiegħu mal-Kummissjoni.

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________