Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (il-Belġju) fl-14 ta’ Novembru 2018 – X vs Belgische Staat

(Kawża C-706/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad voor Vreemdelingenbetwistingen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X

Konvenut: Belgische Staat

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2003/86/KE 1 , fid-dawl tal-Artikolu 3(5) u tal-għan tagħha, jiġifieri l-iffissar tal-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja, tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi li l-Artikolu 5(4) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konsegwenza tan-nuqqas ta’ teħid ta’ deċiżjoni qabel l-iskadenza tat-terminu stabbilit għal dan il-għan tikkonsisti fl-obbligu li l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jagħtu ex officio permess ta’ residenza lill-persuna kkonċernata, mingħajr ma qabel jivverifikaw li l-imsemmija persuna fil-fatt tissodisfa r-rekwiżiti sabiex tirrisjedi fil-Belġju konformement mad-dritt tal-Unjoni?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224).