Appell ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2019 minn Meblo Trade d.o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-5 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-263/18: Meblo Trade vs EUIPO - Meblo Int
(Kawża C-359/19 P)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Meblo Trade d.o.o. (rappreżentant: A. Ivanova, адвокат)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Meblo Int, proizvodnja izdelkov za spanje d.o.o.
B’digriet tal-10 ta’ Lulju 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla li tiddetermina jekk l-appelli għandhomx jitkomplew) iddeċidiet li l-appell ma għandux jitħalla jitkompla u li Meblo Trade d.o.o. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
____________