Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta' Ottubru 2009 - V vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-33/08)1

(Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Reklutaġġ - Rifjut ta' impjieg minħabba inkapaċità fiżika meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funżjonijiet - Regolarità tal-proċedura - Regolarità tal-vista medika għar-reklutaġġ - Atti preparatorji)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: V (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentanti: C. Ronzi, A. Grauling u É. Boigelot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Servizz Pubbliku - Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta' Mejju 2007, li tinforma lir-rikorrenti li hija ma tissodisfax il-kundizzjonijiet ta' kapaċità fiżika meħtieġa għall-eżerċizzju ta' funzjonijiet u talba għal kumpens għad-dannu morali u materjali.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż ta' V.

V għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 158, 21.06.2008, p. 26.