Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Settembru 2010 - Giannakouris vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-83/10)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Konstantinos Giannakouris (Roodt-sur-Syre, il-Lussemburgu) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas l-allowance għall-edukazzjoni mogħtija minħabba l-fatt li t-tifla tiegħu tirċievi għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru fil-forma ta' borsa ta' studju u self.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla, l-ewwel nett, id-deċiżjoni li titnaqqas l-"allowance għall-edukazzjoni" mħallsa lir-rikorrent, hekk kif jirriżulta mid-dikjarazzjoni tal-paga ta' Frar 2010, kif ukoll mid-dikjarazzjoni tal-paga inkwistjoni sa fejn inaqqas parzjalment l-"allowance għall-edukazzjoni"; it-tieni nett, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta' Frar 2010, dwar it-tnaqqis tal-"allowance għall-edukazzjoni" mħallsa lir-rikorrent u ż-żamma tal-ammont ta' EUR 770.85 applikata għal din tal-aħħar, żamma li tidher fid-dikjarazzjoni tal-paga ta' Marzu 2010; it-tielet nett, id-dikjarazzjoni tal-paga ta' Marzu 2010, li tnaqqas l-"allowance għall-edukazzjoni" mħallsa lir-rikorrent u li tinkludi żamma retroattiva ta' ammont ta' EUR 770,85; ir-raba' nett, id-dikjarazzjonijiet tal-paga ta' April sa Awwissu 2010, sa fejn jinkludu tnaqqis parzjali tal-"allowance għall-edukazzjoni"; il-ħames nett, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta' Lulju 2010, li tiċħad espressament l-ilment;

jordna r-rimbors, bl-imgħax, lir-rikorrent tas-somom li ġew miżmuma fil-konfront tiegħu;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________