Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia (l-Italja) fl-14 ta’ Jannar 2020 – MC vs U.T.G. - Prefettura di Foggia

(Kawża C-17/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MC

Konvenut: U.T.G. - Prefettura di Foggia

Domanda preliminari

L-Artikoli 91, 92 u 93 tad-Decreto Legislativo 6 settembre 2011, n. 159 (id-Digriet Leġiżlattiv tas-6 ta’ Settembru 2011, Nru 159) fil-parti fejn ma jipprevedux dibattitu kontradittorju prekontenzjuż favur il-persuna li fir-rigward tagħha l-amministrazzjoni tipproponi li tagħti informazione interdittiva antimafia (rapport ta’ informazzjoni antimafia interdittiv), huma kompatibbli mal-prinċipju tal-kontradittorju, kif żviluppat u rrikonoxxut bħala prinċipju tad-dritt tal-Unjoni ?

____________