Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (ir-Renju Unit) fil-5 ta’ Marzu 2018 – AMS Neve Ltd, Barnett Waddingham Trustees, Mark Crabtree vs Heritage Audio SL, Pedro Rodríguez Arribas

(Kawża C-172/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AMS Neve Ltd, Barnett Waddingham Trustees, Mark Crabtree

Konvenuti: Heritage Audio SL, Pedro Rodríguez Arribas

Domandi preliminari

F’ċirkustanzi fejn impriża hija stabbilita u ddomiċiljata fi Stat Membru A u ħadet miżuri f’dak it-territorju sabiex tirreklama u toffri għal bejgħ prodotti taħt sinjal identiku għal trade mark tal-Unjoni permezz ta’ sit internet intiż għal kummerċjanti u għal konsumaturi ta’ Stat Membru B:

i)    qorti tat-trade marks tal-Unjoni fi Stat Membru B għandha ġurisdizzjoni li tiddeċiedi fuq azzjoni ta’ ksur tat-trade mark tal-Unjoni minħabba dan ir-reklamar u din l-offerta għal bejgħ ta’ prodotti f’dak it-territorju?

ii)    fil-każ ta’ risposta negattiva, xi kriterji oħra għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni minn dik il-qorti tat-trade marks tal-Unjoni sabiex tiddetermina jekk għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq tali azzjoni?

iii)    sa fejn ir-risposta għal (ii) tirrikjedi li l-qorti tat-trade marks tal-Unjoni tidentifika jekk l-impriża ħaditx miżuri attivi fl-Istat Membru B, liema kriterji għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk l-impriża ħaditx tali miżuri attivi?

____________