Language of document : ECLI:EU:C:2007:770

Kawża C-134/07

Piotr Kawala

vs

Gmina Miasta Jaworzna

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Jaworznie)

“L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Taxxa interna ogħla għal prodott importat minn Stat Membru ieħor milli għall-istess prodott mixtri fil-post — L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 90 KE — Taxxa applikabbli fuq l-ewwel reġistrazzjoni għal vetturi bil-mutur użati importati”

Sommarju tad-digriet

1.        Dispożizzjonijiet fiskali — Taxxi interni — Taxxa applikabbli għal vetturi bil-mutur għall-ewwel reġistrazzjoni tagħhom

(Artikoli 23 KE, 25 KE u 90 KE)

2.        Dispożizzjonijiet fiskali — Taxxi interni — Taxxa applikabbli għal vetturi bil-mutur għall-ewwel reġistrazzjoni tagħhom

(Arikolu 90 KE)

1.        Safejn taxxa fuq l-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur ikollha manifestament natura fiskali u hija imposta mhux minħabba qsim tal-fruntjiera ta’ l-Istat Membru li imponiha, iżda fl-ewwel reġistrazzjoni ta’ vettura bil-mutur fit-territorju ta’ dan l-Istat, hemm lok li jiġi kkunsidrat li hija taqa’ taħt skema ġenerali ta’ tariffi interni fuq il-merkanzija, u b’hekk għandha tiġi eżaminata fid-dawl ta’ l-Artikolu 90 KE.

(ara l-punt 26)

2.        L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 90 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi taxxa li għandha titħallas fi Stat Membru sabiex jinkiseb ċertifikat ta’ l-ewwel reġistrazzjoni, li fil-prattika hija applikabbli għall-ewwel reġistrazzjoni ta’ vettura bil-mutur użata importata minn Stat Membru ieħor, u mhux għall-akkwist, fl-Istat tal-liċenzja, ta’ vettura bil-mutur użata sa fejn din tkun diġà rreġistrata.

(ara l-punt 37 u d-dispożittiv)