Language of document :

Appell ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2020 minn Sebastian Veit mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fit-2 ta’ April 2020 fil-Kawża T-474/18, Sebastian vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża C-272/20 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Sebastian Veit (rappreżentant: K. Kujath, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ April 2020 fil-Kawża T-474/18;

tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Jannar 2018 li tirrigwarda l-klassifikazzjoni tal-appellant mill-1 ta’ Jannar 2018, kif ippreċiżata mid-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Mejju 2018;

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-sentenza appellata tikser id-dritt tal-Unjoni. Il-Qorti Ġenerali tat interpretazzjoni mhux eżatta tal-prinċipju ġenerali tal-ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 20, fl-Artikolu 51(1) u fl-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Fis-sentenza tagħha l-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li d-differenza fit-trattament tal-kandidati interni u esterni applikata mill-Bank Ċentrali Ewropej skont regoli differenti fil-klassifikazzjoni f’livell ta’ salarju kienet iġġustifikata u proporzjonata.

Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal dwar il-klassifikazzjoni fi skala ta’ uffiċjal fis-servizz attiv li l-Qorti Ġenerali tapplika b’analoġija f’dan il-każ hija irrilevanti fiċ-ċirkustanzi li taw lok għat-tilwima.

____________