Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Lulju 2019 – BMW Bayerische Motorenwerke AG vs Hauptzollamt München

(Kawża C-509/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BMW Bayerische Motorenwerke AG

Konvenut: Hauptzollamt München

Domanda preliminari

L-ispejjeż marbuta mal-iżvilupp ta’ softwer żviluppat fl-Unjoni Ewropea li jiġi pprovdut mill-bejjiegħ lix-xerrej mingħajr ħlas u li jiġi installat fl-unità ta’ kontroll, li tiġi importata, għandhom jiġu miżjuda mal-valur tat-tranżazzjoni tal-merkanzija importata fis-sens tal-Artikolu 71(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni 1 meta ma jkunux inklużi fil-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata?

____________

1     ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.