Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – Bartosch Airport Supply Services

(Kawża C-772/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bartosch Airport Supply Services GmbH

Konvenut: Zollamt Wien

Domanda preliminari

L-intestatura 8705 tan-Nomenklatura Magħquda 1 għandha tiġi interpretata fis-sens li jaqgħu taħt din l-intestatura vetturi bil-mutur mingħajr vireg għall-irmunkar li għandhom winċ tal-irmunkar mgħammar b’ċinturin għall-ġbid li jservi għall-ġbid ta’ inġenji tal-ajru u li għandhom tagħmir għall-irfigħ elettro-idrawliku li jservi għall-imbuttar ta’ inġenji tal-ajru?

____________

1     Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382).