Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) (il-Portugall) fis-17 ta’ Mejju 2019 – MK vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-388/19)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MK

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

L-Artikoli 12, 56, 57 u 58 tat-Trattat dwar il-Komunità Ewropea [li issa saru l-Artikoli 18, 63, 64 u 65 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea] ikkunsidrati flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali (Artikolu 43(2) tal-Código do IRS [il-Kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi], approvat bid-Digriet Liġi Nru 442. –A/88 tat-30 ta’ Novembru, skont il-verżjoni mogħtija lilha bil-Liġi Nru 109-B/2001 tas-27 ta’ Diċembru), li ġiet emendata bil-Liġi Nru 67. –A/2007, tal-31/12, bl-inklużjoni tal-paragrafi 7 u 8 (li issa saru l-paragrafi 9 u 10) fl-Artikolu 72 tal-Código do IRS, b’tali mod li l-apprezzamenti fil-valur li jirriżultaw mit-trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tkun tinsab fi Stat Membru (il-Portugall), minn resident ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea (Franza) ma jkunux suġġetti, bis-saħħa tal-għażla tal-persuna suġġetta għat-taxxa, għal oneru fiskali ogħla li jiġi applikat fir-rigward ta’ dan l-istess tip ta’ tranżazzjoni għall-apprezzamenti fil-valur magħmula minn resident tal-Istat fejn din il-proprjetà immobbli tkun tinsab?

____________