Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) ta' l-24 ta' April 2008 - Longinidis vs Cedefop

(Kawża F-74/06)1

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Assenjazzjoni mill-ġdid - Bord ta' l-Appell - Kompożizzjoni u regolament intern - Komportament żleali - Tkeċċija - Motivazzjoni - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Abbuż ta' poter)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Pavlos Longinidis (Panorama, il-Greċja) [rappreżentant: N. Korogiannakis u N. Keramidas, avukati]

Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali (Cedefop) [rappreżentant: M. Fuchs, aġent, assistit minn P. Anestis, avukat]

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) li ttemm il-kuntratt għal żmien indefinit tar-rikorrent kif ukoll ta' numru ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw b'mod partikolari l-bord ta' l-appell taċ-Cedefop u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 237, 30.09.2006, p. 15.