Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2018 – Gres de Aragón vs EUIPO (Gres Aragón)

(Kawża T-624/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Gres de Aragón, SA (Alcalñiz, Spanja) (rappreżentant: J. Learte Álvarez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni figurattiva “GRES ARAGÓN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 311 938

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 2269/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata li tirrifjuta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 16 311 938 GRES ARAGÓN għal uħud mill-prodotti/servizzi koperti mill-applikazzjoni;

tkompli l-ipproċessar tal-applikazzjoni fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi kollha koperti mill-applikazzjoni oriġinali;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________