Language of document :

d:\documents\tra-doc\t-2015-0408\tra-doc-mt-req_comm-t-0408-2015-201507298-02_00.doc

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2015 – Globo Comunicação e Participações vs UASI (ħsejjes “PLIM PLIM”)

(Kawża T-408/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Globo Comunicação e Participações S.A. (Rio de Janeiro, il-Brażil) (rappreżentant: E. Gaspar, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja sonora “PLIM PLIM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 826 368

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 2945/2014-5

Talbiet

tikkonstata li t-trade mark Komunitarja Nru 12 826 368 hija valida biex tirreferi għall-klassijiet 9, 38 u 41;tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din ċaħdet l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Komunitarja;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.Motiv invokatKsur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________