Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fl-4 ta’ Jannar 2019 – A. P. vs Riigiprokuratuur

(Kawża C-2/19)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Riigikohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A. P.

Parti oħra: Riigiprokuratuur

Domandi preliminari

Ir-rikonoxximent u s-superviżjoni tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ Stat Membru jkunu kompatibbli mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI 1 tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta’ sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi, anki meta l-persuna kkundannata tkun ingħatat libertà kkundizzjonata minn dik is-sentenza mingħajr impożizzjoni ta’ ebda obbligi addizzjonali, b’mod li l-uniku obbligu tal-persuna huwa li tevita li twettaq reat intenzjonali ġdid matul il-perijodu tal-probation (fejn din hija sentenza sospiża fis-sens tal-Artikolu 73 tal-Kodiċi Kriminali Estonjan)?

____________

1 Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI tas- 27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta’ sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi (ĠU 2008 L 337, p. 102)