Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-14 ta’ Marzu 2019 – Dexia Nederland BV vs XXX

(Kawża C-229/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dexia Nederland BV

Konvenut: XXX

Domanda preliminari

Id-Direttiva 93/13 1 għandha tiġi interpretata fis-sens li klawżola għandha titqies bħala inġusta, fis-sens tal-kriterji previsti minn din id-direttiva, jekk tali klawżola, meta tiġi evalwata fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt, tista’ toħloq żbilanċ sinjifikattiv inkonnessjoni maċ-ċirkustanzi li jseħħu matul il-perijodu operattiv tal-kuntratt, b’mod partikolari sa fejn il-klawżola tistabbilixxi b’mod antiċipat vantaġġ possibbli, liema vantaġġ huwa favur il-bejjiegħ jew fornitur fil-mument tat-terminazzjoni antiċipata tal-kuntratt, permezz ta’ perċentwali ddeterminata tal-ammont rimanenti tal-leasing, b’deroga mir-regoli applikabbli tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, li skonthom tali vantaġġ ma għandux jiġi stabbilit b’mod antiċipat, iżda għandu jiġi ddeterminat abbażi taċ-ċirkustanzi preżenti waqt it-terminazzjoni tal-kuntratt, u b’mod partikolari, tar-rata ta’ interessi li biha l-ammont, li jkun ġie rċevut b’mod antiċipat, jista’ jingħata b’self matul il-perijodu rimanenti tal-kuntratt inkwistjoni?

____________

1  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).