Language of document : ECLI:EU:F:2014:199

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

(L-Ewwel Awla)

10 ta’ Settembru 2014

Kawża F‑34/09 DEP

Rudolf Sluiter

vs

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

“Servizz pubbliku – Proċedura – Taxxa tal-ispejjeż”

Suġġett :      Talba għal taxxa tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru, imressqa skont l-Artikolu 92 tar-Regoli tal-Proċedura, minn R. Sluiter wara s-sentenza mogħtija fil-Kawża Sluiter vs Europol (F‑34/09, EU:F:2010:60).

Deċiżjoni:      L-ammont totali tal-ispejjeż li għandhom ikunu rrimborsati mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija lil R. Sluiter huwa stabbilit għal EUR 1 343.18, peress li l-imsemmija somma għandha interessi moratorji mid-data tan-notifika ta’ dan id-digriet sad-data tal-ħlas, bir-rata kkalkulata abbażi tar-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-trażazzjonijiet prinċiali tiegħu ta’ rifinanzjament, applikabbli matul il-perijodu msemmi iktar ʼil fuq, miżjuda b’żewġ punti.

Sommarju

Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Taxxa – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – Ftehim dwar l-onorarji konkluż bejn parti u l-avukat tagħha – Esklużjoni

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 91(b))

Il-qorti tal-Unjoni ma għandhiex ġurisdizzjoni li tintaxxa l-onorarji dovuti mill-partijiet lill-avukati tagħhom stess, iżda li tiddetermina l-ammont ta’ dawn ir-remunerazzjonijiet li jistgħu jinġabru mingħand il-parti kkundannata għall-ispejjeż Minn dan isegwi l-prova tal-ħlas tal-ispejjeż li l-irkupru tagħhom hija mitluba ma hijiex neċessarja għall-finijiet tat-taxxa mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Fil-fatt, meta tiddeċiedi dwar talba għal taxxa tal-ispejjeż, il-qorti tal-Unjoni ma għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni ftehim eventwali konkluż f’dan ir-rigward bejn il-parti kkonċernata u l-aġenti jew il-konsulenti tagħha.

Għaldaqstant, il-fatt li ġie deċiż, skont ftehim li ntlaħaq bejn ir-rikorrent u l-avukati tiegħu, li tal-ewwel ma jħallas ebda onorarju lil tat-tieni ma jaffettwax id-dritt tar-rikorrent sabiex jiġbor l-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-kawża prinċipali.

(ara l-punti 14, 19 u 20)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: digrieti Leeuwarder Papierwarenfabriek vs Il-Kummissjoni, 318/82, EU:C:1985:468, punt 2; C.A.S. vs Il-Kummissjoni, C‑204/07 P-DEP, EU:C:2009:526, punt 13, u Kronofrance vs Il-Ġermanja et, C‑75/05 P-DEP u C‑80/05 P DEP, EU:C:2013:458, punt 30