Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-5 ta’ Novembru 2018 – Procureur-Generaal bij de Hoge Raad der Nederlanden

(Kawża C-678/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Procureur-Generaal bij de Hoge Raad der Nederlanden

Domandi preliminari

L-Artikolu 90(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li jattribwixxi b’mod imperattiv, lill-qrati kollha ta’ Stat Membru li jissemmew fih, il-kompetenza li jordnaw miżuri provviżorji jew kawtelatorji, jew iħalli lill-Istati Membri – totalment jew parzjalment – ħielsa li jattribwixxu l-kompetenza li jiġu ordnati tali miżuri esklużivament lill-qrati maħtura bħala qrati (tal-ewwel jew tat-tieni istanza) tad-disinni Komunitarji konformement mal-Artikolu 80(1) tal-imsemmi Regolament?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142.