Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-347/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Talabér-Ritz u S. Pardo Quintillán, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
tiddikjara, skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li billi ma adottax regoli nazzjonali dwar l-istallazzjoni ta’ apparat ta’ kejl individwali għall-konsum ta’ tisħin, tkessiħ u misħun fil-bini, skont l-Artikolu 9(3) tad Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE 1 , ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ʼil fuq tad-Direttiva 2012/27/UE;
tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tqis li r-Renju ta’ Spanja ma adottax ir-regoli nazzjonali dwar l-istallazzjoni ta’ apparat ta’ kejl individwali għall-konsum ta’ tisħin, tkessiħ u misħun sħun fil-bini, skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2012/27/UE.
____________
1 ĠU 2012, L 315, p. 1, rettifika fil-ĠU 2013, L 113, p. 24.