Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-6 ta’ Awwissu 2018 – Minister for Justice and Equality vs OG

(Kawża C-508/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister for Justice and Equality

Konvenut: OG

Domandi preliminari

L-indipendenza ta’ prosekutur pubbliku mill-poter eżekuttiv għandha tiġi deċiża skont il-pożizzjoni tiegħu taħt l-ordinament ġuridiku nazzjonali rilevanti? Fil-każ ta’ risposta negattiva, liema huma l-kriterji li abbażi tagħhom għandha tiġi deċiża l-indipendenza mill-poter eżekuttiv?

Prosekutur pubbliku li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, huwa suġġett għal ordni jew istruzzjoni, kemm direttament jew indirettament mill-Ministeru tal-Ġustizzja, huwa suffiċjentement indipendenti mill-poter eżekuttiv sabiex jiġi kkunsidrat bħala awtorità ġudizzjarja fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru 1 ?

Fil-każ ta’ risposta pożittiva, il-prosekutur pubbliku għandu jkun ukoll indipendenti fil-funzjonijiet tiegħu mill-poter eżekuttiv u liema huma l-kriterji li abbażi tagħhom għandha tiġi deċiża indipendenza tal-funzjonijiet?

Jekk jitqies li huwa indipendenti mill-poter eżekuttiv, prosekutur pubbliku li l-funzjonijiet tiegħu huma limitati għal li jibda u jmexxi investigazzjonijiet u li jiżgura li tali investigazzjonijiet jitwettqu b’mod oġġettiv u legali, li joħroġ atti ta’ akkuża, li jeżegwixxi deċizjonijiet ġudizzjarji u li jmexxi l-prosekuzzjoni ta’ reati, u li ma għandux kompetenza li joħroġ mandati ta’ arrest nazzjonali u lanqas ma jista’ jwettaq funzjonijiet ġudizzjarji, jista’ jitqies li huwa “awtorità ġudizzjarja” fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru?

Il-Prosekutur Pubbliku ta’ Lübeck huwa awtorità ġudizzjarja fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri?

____________

1     Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (2002/584/ĠAI) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Volum 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).