Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Mons (il-Belġju) fit-18 ta’ Settembru 2019 – Ryanair Ltd vs PJ

(Kawża C-687/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ryanair Ltd

Konvenut: PJ

Domandi preliminari

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 889/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti 1 , u, għaldaqstant l-Artikolu 17(1) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal tat-28 ta’ Mejju 1999 għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzonali bl-Ajru għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li ferita psikika, bħal stress postrawmatiku, tkun is-suġġett ta’ kumpens, abbażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 6, p. 246.