Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-25 ta’ Settembru 2019 – Admiral Sportwetten GmbH et

(Kawża C-711/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Admiral Sportwetten GmbH, Novomatic AG, AKO Gastronomiebetriebs GmbH

Amministrazzjoni konvenuta: Magistrat der Stadt Wien

Domandi preliminari

L-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjonijiet tal-Wiener Wettterminalabgabegesetzes (il-Liġi tal-Land ta’ Vjenna dwar it-Taxxa fuq it-Terminals ta’ Logħob tal-Imħatri li jistabbilixxu taxxa fuq l-operat ta’ terminals ta’ tqegħid fl-imħatri għandhom jitqiesu bħala “regolamenti tekniċi” fis-sens ta’ dan l-artikolu?

L-ommissjoni li jiġu kkomunikati d-dispożizzjonijiet tal-Liġi tal-Land ta’ Vjenna dwar it-Taxxa fuq it-Terminals ta’ Tqegħid fl-Imħatri fis-sens tad-Direttiva 2015/1535 tostakola l-ġbir ta’ taxxa bħat-taxxa fuq it-terminals ta’ tqegħid fl-imħatri?

____________

1     ĠU 2015, L 241, p. 1.