Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Frar 2016 – Bulté u Krempa vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-96/14) 1

(Servizz pubbliku – Aventi każwa ta’ ex uffiċjal de cujus – Pensjonijiet – Pensjonijiet tas-superstiti – Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal – Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament – Irregolarità tal-ħlas – Irregolarità tal-ħlas manifesta – Assenza)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Hilde Bulté u Tom Krempa (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Lombaert u A. Surny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement G. Gattinara, aġent)

Suġġett tal-kawża

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni retroattiva tal-pensjonijiet tas-superstiti mogħtija lir-rikorrenti u li tordna l-irkupru tas-somom żejda rċevuti indebitament.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-22 ta’ Novembru 2013, kif tirriżulta mill-opinjoni tal-Uffiċċju “Ġestjoni u likwidazzjoni tad-drittijiet individwali” tal-istess jum, li timmodifika, b’effett retroattiv mill-1 ta’ Awwissu 2010, il-pensjonijiet mogħtija lil H. Bulté u T. Krempa rispettivament, bħala aventi kawża tal-ex uffiċjal de cujus, u li tirkupra s-somom li ngħatawlhom indebitament għall-perijodu mill-1 ta’ Awwissu 2010 sax-xahar ta’ Novembru 2013, hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil H. Bulté u lil T. Krempa s-somom li tnaqqsu mill-pensjoni rispettiva tagħhom, skont id-deċiżjoni msemmija fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 ĠU C 7, 12/01/2015, p. 49.