Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-4/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz, N. Flandin u S. Rodrigues, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li japplikaw għas-salarji u għall-pensjonijiet tar-rikorrenti l-adattamenti previsti bir-Regolamenti Nri 422/2014 u 423/2014 rispettivament għas-snin 2011 u 2012 u t-talba għad-danni fir-rigward tad-dannu materjali subit.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet kkontestati u, fejn meħtieġ, id-deċiżjonijiet li jiċħdu l-ilmenti;

tikkundanna lill-konvenut tħallashom l-arretrati fuq ir-remunerazzjoni li jikkorrispondu għal adattament tas-salarji u tal-pensjonijiet tagħhom bir-rata ta’ 1.7 % fl-2011 u fl-2012, bħala kumpens għad-dannu materjali finanzjarju, miżjud bl-interessi moratorji bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew, miżjud b’żewġ punti, mid-data tas-sentenza li tingħata;tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.