Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Monomeles Protodikeio Serron - il-Greċja) – WP vs Trapeza Peiraios AE

(Kawża C-105/19) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Setgħat u obbligi tal-qorti nazzjonali – Proċedura għal ordni ta’ ħlas – Oppożizzjoni għal din l-ordni milqugħa – Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domanda preliminari – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Monomeles Protodikeio Serron

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WP

Konvenuta: Trapeza Peiraios AE

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Monomeles Protodikeio Serron (il-Qorti tal-Ewwel Istanza b’Imħallef Uniku ta’ Serres, il-Greċja), permezz ta’ deċiżjoni tal-11 ta’ Jannar 2019, hija manifestament inammissibbli.

____________

1     ĠU C 148, 29.4.2019.