Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil (is-Slovenja) fit-8 ta’ Mejju 2019 – Ministrstvo za notranje zadeve vs Tax-Fin-Lex d.o.o.

(Kawża C-367/19)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministrstvo za notranje zadeve

Konvenuta: Tax-Fin-Lex d.o.o.

Domandi preliminari

Ikun hemm “kuntratt b’titolu oneruż”, bħala element ta’ kuntratt pubbliku fis-sens tal-punt 5 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24 1 meta l-awtorità kontraenti ma hija meħtieġa tipprovdi ebda korrispettiv iżda, bl-eżekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku, l-operatur ekonomiku jikseb aċċess għal suq ġdid u referenzi?

Huwa possibbli jew neċessarju li l-punt 5 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24 jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi bażi legali għal ċaħda ta’ offerta bi prezz ta’ EUR 0.00?

____________

1     Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 64, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68).